CED regions in Malta

Below are the regions in Malta that have declared a Climate Emergency. Click the “motion text” links to see details of the motions they passed.

22 October 20919, Republic of Malta Parliament, population 493,559

Declared a Climate Emergency. Another article is here.

motion text

Declaration record is here.

Għaldaqstantpermezzta’dinil-mozzjoniil-Kamraqiegħdatirriżolvi:
1)Illi l-Parlament ta’ Malta permezz ta’ din il-mozzjoni qiegħed b’mod kollettiv jiddikjara Emerġenza jew Kriżi Klimatika;
2)Il-Gvern ser jibqa’ impenjat sabiex ikompli jwettaq il-miżuri u l-azzjonijiet idonji kontra l-impatt u l-effetti tat-tibdil fil-klima;
3)Illi jsiru l-emendi necessarji fil-liġijiet ta’ Malta fejn jinbidel l-isem tal-Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l-Ambjent ul-Ippjanar tal-Iżvilupp għall-‘Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp’ u t-termini tal-istess kumitat ħalli jirriafferma l-impenn ta’ pajjiżna favur azzjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ politika ħolistika dwar it-Tibdil fil-Klima;
4)Illi sa nofs is-sena 2020 tiġi dikjarata d-data sa meta pajjiżna jwaqqaf l-importazzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bi fuelli jniġġeż f’qafas ta’ strateġija ħolistika;
5)Illi l-Bordtal-Azzjoni dwar il-Klima jorganizza matul l-2020 Konferenza Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali kollha involuti;
6)Illi l-Gvern permezz tal-Ministeri kkonċernati jkomplu bi tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri intiżi idonji sabiex itaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima;
7)Illi l-Gvern jimpenja ruħu li jkompli jwettaq aktar proġetti ta’ afforestazzjoni;
8)Illi l-Gvern ikompli jinvesti f’aktar spazji miftuħa u dawk semi pedonali fiż-żoni urbani biex b’ħekk jiġiinċentivat aktar l-użu ta’ trasport alternattiv;
9)Illi l-Gvern jimpenja ruħu sabiex jitfassal programm sabiex il-vetturi li juża l-Gvern, inkluż dawk mikrija, ikunu vetturi li ma jniġġżux;
10)Illi l-Gvern jimpenja ruħu li jitfassal programm biex il-vetturi li jintużaw għat-trasport pubbliku jkunu vetturi li ma jniġġżux;
11)Illi l-Gvern jimpenja ruħu sabiex ikompli jinċentiva b’mod dirett l-użu ta’ trasport alternattiv u dak pubbliku filwaqt li jkompli jaħdem favur infrastruttura li tinċentivadan it-tip ta’ trasport;
12)Illi l-Gvern jimpenja ruħuli fi żmien tlietxhur il-Ministru jressaq għad-diskussjoni fil-kumitat permanenti għall-ambjent ir-rapport annwali preparat mill-Bordtal-Azzjoni dwar il-Klima;
13)Illi l-Gvern jevalwa l-possibilitàsabiex skejjel u binjiet governattivi jiġu mibdula għal carbon neutralsas-sena 2030;
14)Illi l-Gvern jimpenja ruħu sabiex matul l-2020 jippubblika Low Carbon Development Strategyli tinkludi miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament;
15)Illi l-Gvern jimpenja ruħu li matul l-2020 jiġi mfassal programm sabiex fix-xhur u snin ta’ wara jiġu mnedijaskemi u inizjattivi favur miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima.